Għaġin bit-tiġieġ, pesto u brokkoli

Ingredjenti

1 mgħarfa żejt taż-żebbuġa

nofs basla mqattgħa żgħir

4 sinniet tat-tewm mitħuna

2 isdra tat-tiġieg slajsjati fi strippi ta’ 1ċm

1 tazza krema tal-ħalib

50g ġobon Parmiġġjan maħkuk

flixkun żgħir pesto

nofs kuċċarina melħ

nitfa bżar

500g għaġin tal-għażla tiegħek

250g fjuri tal-brokkoli

Metodu

Sajjar l-għaġin għall-gosti tiegħek. Meta jkun kważi sar itfa’ l-brokkoli u sajjar għal 2-3 minuti sakemm isiru. Itfi n-nar u saffi mill-ilma. Ħalli fil-ġenb.

Waqt li jkun qed isir l-għaġin sajjar il-basla fiż-żejt f’borma sakemm tieħu kulur. Żid it-tewm u sajjar għal ftit sekondi u wara itfa’ t-tiġieġ ukoll. Ħawwar bil-bżar u l-melħ u sajjar sakemm it-tiġieġ isir, madwar 7-9 minuti.

Żid il-Parmiġġjan, il-krema u l-pesto u sajjar fuq nar bati għal 2-3 minuti. Żid l-għaġin imsajjar u l-brokkoli. Ħallat tajjeb u sajjar għal 2-3 minuti. Neħħi minn fuq in-nar u meta sservi roxx ftit ġobon Parmiġġjan fil-wiċċ.