Għaġin bil-pesto u l-pulpetti

Ricetta ta' Anton B. Dougall
Ingredjenti għal pulpetti:

  • Kilo laħam tal-majjal ikkappuljat. Tista tuża liema tip ta’ laħam tiggosta u anki taħlita ta’ ċanga u majjal.
  • 2 bajdiet
  • Tursin imqatta
  • 50gr ġobon maħkuk
  • Bżar u melħ
  • Smid

Metodu għal pulpetti:
1.     Qiegħed il-laħam ġo bieqja. Miegħu żid il-bżar, melħ, ġobon u tursin.
2.     Ħawwad tajjeb. Trid tagħmel attenzjoni int u tħawwad għax l-ingredjenti kollha jridu jsiru, jitħalltu sew u jsiru ħaġa waħda.
3.     Ifforma blalen żgħar minn din it-taħlita.
4.     Agħmel ftit smid fuq platt ċatt jew fuq biċċa karta oljata. Gerbeb il-pulpetti f’ dan is-smid. Dan trid tagħmlu biex waqt it-togħlija il-pulpetti ma jinfetħux.
5.     Imla borma kbira b’ħafna ilma u poġġiha fuq in-nar.
6.     Meta l-ilma jiftaħ jagħli bil-mod il-mod itfa l-pulpetti fil-misħun. Għalli għal madwar 15-il minuta.
7.     Ħu xkumatur u użah biex tneħħi l-pulpetti mill-ilma. Poġġi l-pulpetti fuq platt kbir.
Ingredjenti għaz-zalza:

  • Litru krema ‘light’
  • 100gr ġobon. Jekk jista jkun trid tuża Parmiġġjan jew Grana.
  • 100gr prinjoli
  • Mazz ħabaq frisk
  • Nofs kikkra żejt taż-żebbuġa

Metodu għaz-zalza:
1.     Ixwi ftit il-prinjoli. Ma jridux isiru ħafna. għax inkella jinħarqu.
2.     Qatta l-ġobon f’ biċċiet kwadri żgħar.
3.     Qiegħed il-ħabaq, ġobon u l-prinjoli ġo liquidiser. Ftit, ftit ibda żid iż-żejt u ħaddem sakemm it-taħlita tiġi qisha krema. Jekk taħseb li għandek wisq neħħi nofs it-taħlita. Din tkun tista tużaha fuq l-għaġin.
4.     Qiegħed il-krema ġo kazzola u poġġiha fuq nar moderat
5.     Kif il-krema tisħon żid il-pesto. Ħawwad tajjeb. Għolli ftit in-nar.
6.     Meta t-taħlita tiftaħ tagħli, baxxi n-nar u żid il-pulpetti. Trid tagħmel attenzjoni kbira int u tħawwad biex il-pulpetti ma jitfarrkux. Kompli sajjar fuq nar baxx għal 10 minuti.
7.     Servi dawn il-pulpetti fuq platt għaġin tal-gosti tiegħek.

Segwi aktar riċetti fuq il-programm Ta' Kulħadd ma' Christine Delicata kuljum bejn id-9am u nofsinhar u l-programm Insellimlek ma' Sonia Young kuljum bejn it-3pm u l-4:30pm fuq RTK