Għaġin bil-pastard

Ingredjenti

litru u nofs ilma

il-fjuri ta’ ras ta’ pastarda

240ml ħalib

2 mgħaref butir

ras ta’ tewma

kuċċarina melħ

kuċċarina bżar

455g għaġin tal-għażla tiegħek, imsajjar

ġobon maħkuk biex isservi

tursin biex isservi

Metodu

Għalli l-ilma bi ftit melħ. Żid il-pastard u sajjar sakemm jirtab, bejn 5-7 minuti.

Poġġi l-pastard f’food processor. Żid il-ħalib, il-butir, it-tewm, il-bżar u l-melħ u aħdem sakemm ikollok taħlita lixxa.

Ittrasferri t-taħlita tal-pastard f’borma u żid l-għaġin. Ħallat tajjeb flimkien u erġa’ saħħan waqt li ħawwad il-ħin kollu.

Servi bil-ġobon maħkuk u t-tursin imqatta’ fil-wiċċ.