Għaġin bil-fażola u t-tiġieġ

Riċetta ta' Anton B Dougall
Din hija nsalata oħra bl-għaġin u li ma tieħux żmien twil biex titlesta.
Ingredjenti:

  • Għaġin qasir
  • 300g sweet corn
  • 120g fażola żgħira (red kidney beans)
  • 300g tiġieġ misjura u mqatta
  • Tadam imqatta
  • Ftit sultana
  • Bżar u melħ
  • 2 mgħaref mayonnaise

Metodu:
1. Għalli l-għaġin. Ftakar li ma tridx tħallih isir iżejjed. Meta jkun sar qattru tajjeb u qegħdu ġod-dixx jew bieqja fejn se sservih.
2. Miegħu żid l-ingredjenti l-oħra kollha minbarra l-bżar, il-melħ u l-mayonnaise. Ħawwad tajjeb.
3. Fil-wiċċ roxx ftit bżar u melħ u l-mayonnaise. Erġa ħawwad u servi.
Għall-aktar riċetti minn Anton B Gougall segwi l-programm Ta' Kulħadd fuq RTK 103FM kuljum bejn id-9am u 12pm, jew il-paġna tal-Facebook ta' Anton B Dougall.