“Għadu mhux magħruf jekk Sadeen laqax il-kundizzjonijiet għall-AUM”

Il-Kummissjoni għall-Edukazzjoni Ogħla u Avvanzat għadha ma tafx jekk grupp Sadeen hux se jilqa’ l-offerta tal-liċenzja għall-Università Amerikana f’Malta, bil-kundizzjonijiet kollha imposti.
Iċ-Chairman tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Ogħla (NCFHE) Martin Scicluna qal li mhux se jagħmlu laqgħa mal-grupp Sadeen qabel dawn ma jaċċettaw il-kundizzjonjiet.
Martin Scicluna, li se jkun qed jirtira mill-pożizzjoni tiegħu wara tliet snin ta' ħidma, qal li għandu l-kelma tal-Ministru tal-Edukazzjoni li l-bord il-ġdid tal-Kummissjoni mhux se jbiddel il-kundizzjonijiet tal-liċenzja.
Min-naħa tiegħu Sadeen għadu ma weġibx lill-Kummissjoni dwar is-16-il kundizzjoni li għamel biex l-UAM tkun tista' tikseb il-liċenzja biex topera bħala università f’Malta.
Sadeen talab għal-laqgħa, madankollu ma qalx għal-liema raġuni dawn iridu jiltaqgħu.