Għadu ma nqabadx il-ħalliel tal-parapetti

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom ma wasslu għal imkien, hekk kif ir-raġel li naqbad fuq il-kameras jisraq minn parapetti f’Pembroke għadu ma stabx.
Newsbook.com.mt ikkonferma mal-Pulizija, li qalet li sa issa għadha ma qabditx lil dan ir-raġel, għalkemm il-karozza li kien fiha tidher sewwa fir-ritratti, u anki xi ftit wiċċu.
Skont diversi residenti r-raġel intlemah tlitt ijiem ilu jitlajja b’mod suspettuż diversi drabi f’akwati differenti ta’ Pembroke u l-madwar u f’ħin minnhom saħansitra seraq żewġ ċilindri tal-gass minn parapett.
Resident ieħor qal li lemaħ lill-istess raġel jitlajja fil-parapett tagħhom imma ħarab hekk kif ommu ħarġet tikkonfrontah.
Nies li rawh iddeskrivewh bħala raġel b’xagħru iswed innukklat, leħja skura u li ma tantx iżomm lilu nnifsu.
Kull min ikollu xi informazzjoni għandu jikkuntattja l-għassa ta' San Ġiljan.