Għadu jissielet għal ħajtu ż-żagħżugħ li ttajjar ħdejn Bieb il-Bombi

Għadu fil-periklu tal-mewt iż-żagħżugħ Bulgaru ta’ 22 sena li lbieraħ filgħodu ttajjar minn vettura fil-Blata l-Bajda.
L-inċident seħħ fi Triq Nazzjonali biswit Bieb il-Bombi quddiem l-istage tal-karozzi tal-linja.
Il-vettura kienet misjuqa minn raġel ta' 62 sena residenti San Pawl il-Baħar, li kien sejjer fid-direzzjoni ta' Blata l-Bajda.