Għadu jissielet għal ħajtu wara li waqa’ fl-art f’Paceville

Għadu jissielet għal ħajtu ż-żagħżugħ ta’ 22 sena minn Ħaż-Żebbuġ li fil-lejl ta’ bejn il-Ħadd u t-Tnejn ħassu ħażin u waqa’ mal-art f’Paceville.
Il-każ seħħ għall-ħabta ta’ nofsillejl fi Triq San Ġorġ meta Steve Sciberras kien fi stabbiliment tad-divertiment.
Huwa nħareġ barra, issejħet ambulanza u ġie trasferit lejn l-Isptar Mater Dei fejn qed jingħata l-kura mit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
Dwar il-każ għaddejja inkjesta maġisterjali.