Għadu fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ għoli ta’ sitt piedi

Għadu fil-periklu tal-mewt it-Taljan li waqa’ għoli ta’ madwar sitt piedi.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-1.30 ta’ waranofsinhar fi Triq il-Parroċċ fin-Naxxar.
Jidher li l-vittma, raġel ta’ 48 sena residenti s-Swieqi, waqa’ minn fuq scaffolding waqt li kien qed jagħmel xi xogħol ta’ kisi. Hu ttieħed Mater Dei b’ambulanza.