Għads oranġjo f’forma ta’ ħobża

Riċetta u ritratti: Tanya Zammit

Ingredjenti

150g għads oranġjo, maħsul u mxarrab għal 10 minuti

500ml ilma

mgħarfa żejt taż-żebbuga

100g basla imqatta’ fin

Kwart ta kuċċarina ħxejjex aromatiċi niexfa

50gr frak tal-ħobż ismar

50g ġbejna maħkuka

1 bajda waħda mħabbta

mgħarfa meraq tal lumi

reċipjent tal-forn 25cm x 10cm bi ftit żejt

Metodu

Qabel ma tpoġġieh fil-forn

F’borma poġġi l-għads, iż-żejt, il-basla u l-ħxejjex aromatiċi.

Sajjar fuq nar bati għal 15-il minuta. Niżżel il-borma minn fuq in-nar u żid il-frak tal-ħobż u ħallih jibred.

Itfa’ t-taħlita fil-reċipjent tal-forn u iksi l-wiċċ bil-ġbejna maħkuka.

Aħmi għal bejn 30-40 minuta. Oħroġ mill-forn u ħalliha tibred.

Tista’ sservi ma’ insalata friska u patata mgħollija.