Sorpriża sabiħa għall-kantanta Kylie Coleiro hekk kif proprju llum l-għarus tagħha Clint Grima pproponielha.
“Għadni lanqas irrid nemmen u għadni ċċassata sa dan il-mument! Ovvjament, wara 11-il sena flimkien għidtlu “iva”!” ikkummentat il-kantanta ta’ 28 sena.
“Inħobbok għażiż tiegħi u ma niddejjaq xejn li nkun il-mara tiegħek!” temmet tgħid Kylie.
Awguri lil Kylie u lil Clint għall-ġejjieni sabiħ mimli mħabba.