“Għadni mbeżża’” – L-Asja tfakkar it-tsunami li qatel 230,000 persuna

FILE PHOTO: An aerial view of Khao Lak, north of the Thai island of Phuket, December 30, 2004 following the deadly tsunami. REUTERS/Luis Enrique Ascui

Read in English.

Il-komunitajiet madwar l-Asja fakkru aktar minn 230,000 vittma ta’ tsunami fl-Oċean Indjan. It-tsunami kien seħħ 15-il sena ilu u kien wieħed mill-akbar diżastri li ħasdu ħajjiet fid-dinja.

Fis-26 ta’ Diċembru tal-2005, terremot ta’ forza 9.1 fit-tramuntana tal-gżira Sumatra wassal sabiex mewġ għoli ta’ 17.4 metri jilħaq u jaħtaf żoni kostali fl-Indoneżja, Sri Lanka, l-Indja, it-Tajlandja u disa’ pajjiżi oħrajn.

Suwannee Maliwan, ta’ 28 sena, spjegat li dan it-tsunami għadu f’moħħha u tiftakar fih il-ħin kollu. Hi tilfet liż-żewġ ġenituri tagħha u ħames qraba oħrajn, wara li t-tsunami laqat il-provinċja ta’ Phang Nga fit-Tajlandja.

Spjegat li jkun hemm drabi li toħlom li ġejja mewġa għaliha. Qalet li jkun hemm drabi fejn tkun tixtieq titlaq u tmur tgħix x’imkien ieħor. Qalet li dan iżda huwa impossibbli għaliha għax hi twieldet hemm u ommha u missierha mietu hemm.