Għadna ma nafux min aċċetta lil Pilatus Bank – David Casa

Read in English.

Il-Kap tad-Delegazzjoni Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew David Casa qal li l-kumpanija li kellha tfassal rapport ta’ tagħrif dwar il-Bank Pilatus qabel ma’ dan twaqqaf f’Malta għadha mhix magħrufa.

Skont Casa, minkejja l-assigurazzjonijiet li ngħataw li l-kumpanija se tkun żvelata f’laqgħa fil-Parlament Ewropew, l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA) qalet li mhux se tagħmel dan.

Casa spjega li dan huwa diżappuntanti ħafna b’mod partikulari issa li l-awtoritajiet Amerikani qed jallegaw li għandhom provi li l-Bank Pilatus twaqqaf bil-qligħ tal-kriminalità.

Letter from European Parliament Reply from MFSA