“Għadhom jitwieldu”; Issib qtates mormija qalb l-iskart

Mara sabet erba’ frieħ ta’ qtates li jidher li kienu għadhom kemm twieldu qalb l-iskart. Dan qalitu f’post li tefgħet bir-ritratt tagħhom fil-grupp RUBS PUPPY LOVE.

Bosta kienu dawk li faħħruha talli ma ħallithomx imutu, filwaqt li oħrajn baqgħu ixxukkjati għall-fatt li xi ħadd kellu l-qalb li jarmi annimal li tant u żgħir li mhux kapaċi jgħin lilu nnifsu biex forsi jsalva.

Il-mara li baqgħet iżżomm lil kulħadd aġġornat spjegat li ħadithom għand veterinarju sabiex jgħinhom hekk kif kienu f’kundizzjoni gravi, speċjalment minħabba l-fatt li tneħħew minn ma’ ommhom propju ftit tal-minuti wara li twieldu. Jidher li nstabu wkoll persuni li se jkunu qed jieħdu ħsieb lill-qtates sakemm jikbru biżżejjed biex jiġu addottati.