Aġġornata: Magħrufa l-identità tar-raġel li nstab mejjet f’Ħal Qormi

Ir-raġel li nstab mejjet ilbieraħ f’Ħal Qormi huwa Malti ta' 43 sena. 
Ma’ Newsbook.com.mt, kelliem għall-Pulizija qal li li llum saret l-awtopsja biex titfa’ aktar dawl fuq l-identità u l-kaġun tal-mewt. 
Intant mistennija li jsir stħarriġ dwar il-kawża tal-mewt tal-vittma.
Ir-raġel instab mejjet s’sit tal-kostruzzjoni fi Triq il-Mastrudaxxa.
Skont rapporti, il-mewta qed titqies bħala waħda suspettuża, iżda l-informazzjoni għadha ma ġietx ikkonfermata mill-Pulizija.