Għadha fil-periklu tal-mewt it-tarbija li waqgħet għoli ta’ 3 piedi

Għadha fil-periklu tal-mewt it-tarbija ta' sena u xahrejn li waqgħet minn residenza f'San Lawrenz.
It-tarbija, tifel ta' nazzjonalità Amerikana waqa' għoli ta' tliet piedi u sofra ġrieħi serji. 
Il-każ seħħ għall-ħabta tat-7.40am tal-Ħadd filgħodu.
It-tifel ittieħed l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u minn hemm ġie trasferit għall-Isptar Mater Dei permezz ta' ħelikopter. 
Ritratt: Media Police