Għadek tista’ tgħin lill-Pulizija ssib lil dan ir-raġel

Ir-raġel ta’ 52 sena li ġie rrappurtat mitluf aktar kmieni din il-ġimgħa, għadu ma nstabx, qalet il-Pulizija lil Newsbook.com.mt.

Huwa deher l-aħħar fir-residenza tiegħu f’Ħaż-Żebbuġ nhar il-Ħadd li għadda, u kien liebes flokk blu skur u qalziet three quarters blu skur.

Ir-raġel kien qed juża vettura Isuzu Trooper ta’ lewn abjad.

Kull min għandu xi informazzjoni dwar ir-raġel hu mitlub iċempel fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21224001 jew 119, jew lil kwalunkwe għassa tal-Pulizija.

Xerred dan l-artiklu biex tgħin lill-Pulizija ssib lil dan ir-raġel.