Għadek m’applikajtx għal-lezzjonijiet ta’ reviżjoni? Ħaffef!

Għad fadal biss l-aħħar ftit sigħat biex tapplika għall-klassijiet ta’ reviżjoni għall-eżamijiet tas-Sec u O levels. L-applikazzjonijiet jagħlqu nhar l-Erbgħa fl-10am.

Jekk għadek m’applikajtx, żur is-sit elettroniku tal-Gvern.

Il-klassijiet se jkunu intensivi u mqassma fuq 5 ġimgħat. Is-suġġetti li se jkunu reveduti huma dawn; Bijoloġija, Malti, Ingliż, Matematika u Fiżika.

Għal aktar informazzjoni ċempel fuq 2598 2280/1/2/3 jew 2598 2846, jew inkella żur il-paġna ta’ Youth Guarantee fuq Facebook.