“Għadek ma ħlisthiex” – l-akkużat lill-vittma

Fil-Qorti nstema’ kif l-akkużat qal lill-vittma, ”għadek ma ħlisthiex“ qabel ma’ din il-konversazzjoni spiċċat fi ġlieda.

Raġel ta’ 37 sena minn Birżebbuġa qed ikun akkużat li weġġa’ raġel ieħor waqt ġlieda f’Jannar li għadda fi Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta.

Il-vittma, li spiċċa bl-għaksa miksura, jinsab mixli bil-qtil ta’ Sylvester Farrugia fi Frar tal-2017 fil-Marsa.

Fil-Qorti instema’ kif il-vittma kien il-Belt jixtri mat-tfajla tiegħu u oħtu. Waqt li kien qed jistenna lil oħtu u t-tfajla, huwa ra raġel miexi lejh. Il-vittma qal li huwa nduna li kien l-akkużat miexi lejh u qal xi ħaġa minn taħt l-ilsien.

Il-vittma qal li huma tkellmu dwar kif il-bieb tal-vittma spiċċa maħruq bl-akkużat jgħidlu li hu għadu ma ħelishiex. L-akkużat qal li hu staqsih jekk kienx se jaħraq lilu wkoll.

Huma spiċċaw jiġġieldu u kien hemm min pprova jifridhom. Il-vittma spiċċa l-isptar bl-għaksa miksura. Qal li spiċċa sitt ġimgħat fis-sodda u għadu s’issa jbati mill-kumplikazzjonijiet fiha.

L-avukar difensur qal li se jżomm id-dritt għal kontro-eżami. Fil-Qorti dehru ritratti tal-ġlieda meħuda mis-CCTV cameras.