Għadek m’għamiltx ċajta tal-1 t’April?

L-ewwel t'April hija l-unika ġurnata meta wieħed jaċċetta xi ċajta naqra goffa minn xi ħadd qrib tiegħu. Jekk għadek m’għamiltx ċajta u qed taħseb dwar x’tista' tagħmel biex tidħak daħka bil-familjari jew ħbieb tiegħek hawn xi ftit ideat għalik.

  1. Gallettina u toothpaste: Uri lil kulħadd kemm inti qalbek tajba billi ttihom gallettina li minflok ġewwa jkun fiha l-krema, jsibu tilja toothpaste.
  2. Doughnut u mayonnaise: minflok doughnut mimlija bil-krema, doughnut tal-mayonnaise. Mhux xorta?
  3. Screen tal-kompjuter imkisser: sib stampa ta’ tajba minn fuq l-internet ta’ screen imkisser u għamililhom screensaver tal-kompjuter. Biex tgħamilha aktar realistika tista’ taqlalhom il-keyboard u l-mouse.
  4. Autocorrect: Jekk taf li l-persuna tuża ħafna il-korrezzjonijiet awtomatiċi fil-laptop u l-mowbajl, biddlilhom xi kliem li taf li jużaw ħafna mis-settings…tinsix tavżhom ibiddluhom lura aktar tard!
  5. Screensaver tal-mowbajl: Ħu screenshot tal-homepage tal-mowbajl tagħhom, imbagħad neħħi l-programmi kollha minn fuq il-homepage u poġġi l-iscreenshot bħala screensaver tagħhom. Imbagħad ara kemm idumu sakemm jindunaw x’ġara.