Għadek fiċ-ċans li tapplika għall-eżamijiet tal-A-Levels

exams1

Il-MATSEC qed tagħti l-opportunità lil dawk l-individwi li jixtiequ japplikaw għall-eżamijiet tal-A-Levels u l-Intermediates ta’ Settembru, biex jagħmlu dan.

Fi stqarrija, l-MATSEC fakkret lill-applikanti li m’għandhomx bżonn jirreġistraw mill-ġdid jekk diġà rreġistraw għas-sessjoni ta’ Mejju. Dan hekk kif id-dettalji tar-reġistrazzjoni tagħhom se jkunu awtomatikament trasferiti lejn is-sessjoni ta’ Settembru.

Intant, l-applikanti se jitħallew jirreġistraw għas-sessjoni tar-resits f’Diċembru biss għal dawk is-suġġetti li kienu applikaw għalihom għas-sessjoni ta’ Mejju.

Dawk li huma kandidati private u li applikaw għall-eżamijiet tas-SEC qabel April tal-2020 u jridu li jagħmlu l-eżamijiet tagħhom f’Settembru, se jkollhom japplikaw mill-ġdid bejn is-17 u l-24 ta’ Lulju. Huma se jitħallew ibiddlu l-option tal-karta waqt il-proċess tar-reġistrazzjoni b’xejn.

Tista’ taċċessa aktar informazzjoni minn hawn filwaqt li tista’ tapplika minn hawn.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn