Se jżuru Malta koppja barranija fejn minkejja li ġiet stuprata, il-mara għażlet li tagħti l-ħajja u żżomm lit-tarbija frott tal-istess stupru. Huma se jinġiebu Malta biex jagħtu t-testimonjanza tagħhom favur il-ħajja, fl-okkażjoni tal-31 sena mit-twaqqif tal-Moviment Kerygma.
Qed tiġi organizzata dik li tissejjaħ “Life March” fid-9 ta’ Diċembru fil-Belt Valletta fejn il-Moviment Kerygma ħaseb biex iħejji ġurnata speċjali biex il-membri tiegħu jikbru u jissaħħu fil-fidi tagħhom.
Attivitajiet oħra se jsiru fit-8 ta’ Diċembru għal Jum il-Konsagrazzjoni tal-Moviment b’taħdita minn Fr. Tonio Mallia Milanes u se tkun segwita minn quddiesa fil-knisja ta’ San Duminku Rabat.