Għaddew 28 xahar mill-assassinju ta’ Daphne

Read in English.

Propju llum, għaddew 28 xahar mill-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Sa issa, il-każ tagħha għadu qed jinstema quddiem il-Qrati. Attivisti għamluha l-missjoni tagħhom, li fis-16-il jum ta’ kull xahar ifakkru lill-ġurnalista assassinata u jkomplu bl-għajta tagħhom għall-ġustizzja.

Wara t-tmiem tal-vġili, l-attivisti niżlu ħdejn il-Parlament fejn ħallew ritratt tal-Ministru Owen Bonnici flimkien ma’ bosta karti bil-kliem “irreżenja”.

“L-impunità tirrenja, minkejja t-tibdiliet kosmetiċi fil-gvern,” qal l-artist, u l-Kap tad-Dipartiment tal-Fakultà tal-Media & Knowledge Sciences, il-Professur Ġorġ Mallia. Hu qal dan lill-attivisti miġbura quddiem il-Qorti llejla. Mallia kien qed jirreferi għal artiklu li jgħid li kien hemm investigaturi li bdew jikkunsidraw jekk għandhomx jieħdu azzjoni dwar l-eks Chief of Staff tal-Prim Ministru, Keith Schembri. L-artiklu kien ġie ppubblikat fis-Sunday Times.

Il-professur qal li minkejja li kien hemm tibdiliet fil-Prim Ministru, dawn it-tibdiliet ma kinux sostanzjali.

L-eks Prim Ministru Joseph Muscat kien ħabbar ir-riżenja tiegħu f’nofs kriżi politika imma ma għamilx dan b’mod immedjat. Intant, l-eks Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi u Schembri kienu rriżenjaw fiż-żmien tal-kriżi. Isem Schembri kien ħareġ f’rekordings sigrieti ta’ Melvin Theuma li ħadem bħala sensar tal-assassinju bejn it-tliet irġiel li hemm arrestati bħala dawk li wettqu l-qtil, u l-eks Direttur tal-Electrogas u s-suspettat bl-assassinju Yorgen Fenech.

Robert Abela kien ġie elett bħala Prim Ministru wara li rebaħ l-elezzjoni għall-irwol ta’ Kap tal-Partit Laburista.

“Arresti li kellhom isiru xhur ilu, għadhom ma sarux. Il-Pulizija għadha qed tikkunsidra jekk tieħux passi dwar Schembri,” qal Mallia.

Mallia tkellem ukoll dwar il-kampanja ta’ de-umanizzazzjoni ta’ Caruana Galizia kemm qabel l-assassinju kif ukoll wara. Hu osserva li l-kampanja ta’ mibgħeda fil-konfront ta’ Caruana Galizia ppruvat tħassar lill-ġurnalista mill-memorja tan-nazzjoni.

“Għadna qed nistennew li l-verità toħroġ kollha”

Fl-introduzzjoni tagħha, Alessandra Dee Crespo mill-NGO Repubblika qalet li l-attivisti kienu għadhom qed jistennew li toħroġ il-verità kollha. Qalet dan sabiex kull persuna li kienet involuta fl-assassinju ssir magħrufa. Dee Crespo staqsiet dwar x’se jiġri minn Owen Bonnici wara li l-Qorti dabet li hu kiser id-drittijiet fundamentali tal-attivisti billi ordna t-tneħħija tal-mafkar tal-ġurnalista minn mal-monument tal-Assedju l-Kbir, faċċata tal-Qorti.

Messaġġ ta’ tama

L-attivist Andre Delicata wkoll indirizza lill-attivisti. Fid-diskors tiegħu u wassal messaġġ ta’ tama u kuraġġ. Hu kkwota lil Winston Churchill fejn inkoraġġixxa lill-attivisti ta’ kontra l-ħasil tal-flus u qal li filwaqt li kien ċert li t-triq ‘il quddiem kienet waħda twila u diffiċli, wieħed ma għandux jinsa l-kisbiet kollha li seħħew sal-lum.

Filmati: Occupy Justice/Facebook