“Għaddejna minn ħafna u ħloqna ħafna tifkiriet” – Malcolm lil Liz

Awguri lil-koppja Malcolm Ellul u Elizabeth Ellul Hawes li għadhom kif iċċelebraw 20 sena miżżewġin. L-atturi, li rajniehom jaħdmu f’numru kbir ta’ produzzjonijiet, bl-aktar tnejn riċenti F’Ġieħ L-Imħabba (Malcolm) u Fattigi (Elizabeth) iżżewġu proprju nhar l-4 ta’ Awwissu tas-sena 2000.

Huma kienu żżewġu wara għerusija ta’ tliet snin. Iċ-ċerimonja, li kienet waħda ċivili, saret il-Belt Valletta, b’riċeviment f’Palazzo delle Rose, Il Mistra. Imbagħad, sena u nofs wara huma żżewġu bil-knisja.

“Illum jitfakkar avveniment importanti f’ħajti. 20 sena ilu l-aktar mara sabiħa fid-dinja tatni idha fiż-żwieġ. Għaddejna minn ħafna u ħloqna ħafna tifkiriet u nittama li noħolqu aktar” kiteb Malcolm fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook biex jawgura l-isbaħ xewqat lil martu f’okkażjoni tal-20 anniversarju miż-żwieġ tagħhom.

Il-koppja Ellul għandhom tlett ulied, Kim, Natham u Liam.

Nawgurawlhom l-isbaħ xewqat għal aktar snin ta’ mħabba.