Għaddejjin ix-xogħlijiet fi Ġnien is-Serenità

Jinsabu għaddejjin ġmielhom ix-xogħlijiet ta’ tisbieħ fi Ġnien is-Serenità f’Santa Luċija, jew kif inhu magħruf il-Ġnien taċ-Ċiniżi.

Ix-xogħlijiet ta’ tisbiħ li qed isiru mill-Gvern Ċiniż b’ħaddiema Ċiniżi bdew ġimgħatejn ilu u mistennija li jkunu lesti fi żmien ġimgħatejn oħra. It-tisbiħ qiegħed isir f’koperazzjoni sħiħa mal-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija u l-Gvern Malti. 

Il-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija stqarr ma’ Newsbook.com.mt li dan il-ġnien jitqies mir-residenti bħala ġawhra.

Ġnien is-Serenità, li oriġinarjament kien inbena mill-Gvern Ċiniż bħala sinjal ta’ ħbiberija ma’ Malta, joffri wkoll sit eċċellenti għall-attivitajiet soċjali u rikreattivi.

Huwa mistenni li kif ix-xogħlijiet jitlestew il-ġnien se jkompli jsaħħaħ il-pakkett turistiku fin-nofsinhar ta’ Malta.