Għaddejja l-ħidma biex forsi jittella’ mill-baħar l-ajruplan tal-AirAsia

Bdiet il-ħidma biex tittella' mill-baħar il-parti tal-ajruplan tal-AirAsia, fejn ġeneralment ikunu bilqegħda l-passiġġieri.
L-ewwel tentattivi sfaxxaw fix-xejn hekk kif il-ħbula ma rnexxielhomx iżommu mal-ajruplan.
L-ajruplan waqa' fil-Baħar Java x-xahar li għadda u għerqu u mietu 162 persuna li kienu abbord.
Waqt din il-ħidma, ittellgħu erba' katavri oħra biex b'hekk it-total ta' katavri maħruġa mill-ajruplan hu ta' 69. 
L-awtoritajiet Indoneżjani qed jgħidu li biex jaħarbu maltempata, il-bdoti l-ajruplan telgħu wisq fl-għoli malajr, deċiżjoni li spiċċat fi traġedja.