Għaddejja konsultazzjoni għall-ħatra taċ-Chairperson tal-Awtorità tax-Xandir

Għaddejja konsultazzjoni bejn il-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil sabiex jinħatar iċ-Chairman tal-Awtorità tax-Xandir.
Fil-Parlament il-Ministru għall-Ġustizzja qal li l-Gvern qiegħed jimxi ma’ dak li titlob il-Kostituzzjoni.
Tanya Borg Cardona kienet irriżenjat wara li kien qed jiġi allegat li kien hemm ksur tal-Kostituzzjoni meta kienet ingħatat kuntratt tax-xogħol fi Frar li għadda mal-Ministeru tal-Viċi Prim Ministru Louis Grech, b’rabta mal-Presidenza Maltija tal-Unjoni Ewropea.
Borg Cardona flimkien mal-paga ta' Chairperson kienet qed tirċievi salrju ieħor mill-Gvern ta' kważżi €28,000. 
Dan minkejja li skont il-Kostituzzjoni  membri tal-Awtorità tax-Xandir ma jistgħux ikunu uffiċjali pubbliċi. 
Il-UĦM Voice of The Workers kienet ħarġet b’għadd ta’ direttivi minħabba li kien qed ikun allegat bullying fuq il-ħaddiema min-naħa ta’ Tanya Borg Cardona.