Għaddejja bħalissa l-votazzjoni kmieni għall-elezzjoni ġenerali

Illum bdiet il-votazzjoni għal dawk il-votanti li ser ikunu msiefra f’jum il-votazzjoni. Il-votanti kellhom jieħdu ġurament quddiem il-Kummissjonarju Elettorali li se jkunu msifrin fid-9 ta’ Marzu, 2013. Il-votazzjoni ta’ llum tibqa’ miftuħa sa l-10 ta’ llejla. Din il-votazzjoni kmieni kienet miftuħa ukoll għall-Assistenti Kummissjonarji Elettorali u r-Riżervi, li f’jum l-elezzjoni se jkunu xogħol.

Mit-Tnejn il-voti jinġabru mill-Uffiċċji Elettorali. Fi stqarrija l-Kummissjoni Elettorali qalet li d-dokumenti għall-votazzjoni jridu jinġabru personalment mill-Uffiċċju Elettorali, Evans Building, Misraħ Sant’Iermu, il-Belt Valletta, jew, għall-votanti reġistrati f’Għawdex, mill-Uffiċċju tal-Karta tal-Identità, 28A Pjazza San Franġisk, ir-Rabat Għawdex.