Għaddej ix-xogħol fuq trakka tal-karting f’Ħal Far

Dawk kollha li jħobbu l-isport tal-karting mistennija li jkollhom trakka ġdida f’Ħal Far hekk kif bħalissa għaddej ix-xogħol fuq din it-trakka biex titlesta sal-aħħar ta’ din is-sena.

Il-Ministru għall-Infrastruttura Ian Borg ħabbar dan fuq Facebook u qal li din ilha fuq il-pjanti għaxar snin iżda qed titwettaq issa. Qal li l-entużjasti tal-karting issa jistgħu jserħu moħħhom li se jkollhom faċilità ta’ livell internazzjonali.

It-trakka mistennija li tkun twila 937 metru għalkemm l-ewwel fażi se tkun twila 630 metru.

Sa issa l-karting kien ipprattikat biss fuq trakka privata f’Ta’ Qali.

Fil-kummenti għadd ta’ Maltin ikkummentaw dwar il-proposta elettorali tal-Partit Laburista li jibni trakka għall-motorsports li sa issa għadha ma saritx.