Aġġornata: Mara tmut wara li sabet ruħha f’diffikultà waqt li kienet qed togħdos

Ingliża ta' 44 sena mietet f'Għar Ħanżira, limiti ta' ras ir-Reqqa, ix-Xwejni, f'Marsalforn.
Hija sabet diffikultà waqt li kienet togħdos u tellgħet minn xi nies li kienu fuq il-post.
Minkejja li ngħatat l-ewel għajnuna hija mietet fuq il-post.
L-inċident seħħ għall-10:55am.
Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr P Coppini LL.D li ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh.

Ritratti: Kevin Meylaq