Bugħaddas isib ruħu f’diffikultà f’Wied il-Għajn

Bugħaddas sab ruħu f'diffikultà fil-bajja ta' Wied il-Għajn.
Kelliem għall-Forzi Armati ta' Malta qal ma' Newsbook.com.mt li huma ssejħu fuq il-post biex jagħtu l-għajnuna tagħhom.
Hekk kif il-bugħaddas ttella' fil-bastiment sar magħruf li kellu bżonn l-għajnuna u ssejħu l-AFM. 
Il-bugħaddas ittieħed l-isptar Mater Dei b'ambulanza.
Sa issa għadha mhux magħrufa l-identità u l-kundizzjoni tal-għaddas.
Aktar dettalji kif jidħlulna.
Ritratt: Arkivji