​Għaddas imut f’Għawdex

Bugħaddas ta’ 74 sena tilef ħajtu waqt li kien qed jogħdos f’Għawdex.
Il-Pulizija ntalbet l-għajnuna tagħha kmieni wara nofsinhar, minħabba Daniż li sab ruħu f’diffikultà fix-Xatt l-Aħmar, limiti ta’ Għajnsielem.
Bdiet tfittxija intensiva minn membri tal-Forzi Armati ta’ Malta u l-Protezzjoni Ċivili, permezz ta’ tim ta’ bugħaddasa u dingi.
Għall-ħabta tas-5.45pm, il-katavru ntlemaħ fl-inħawi tal-Armier.
Il-Maġistrat tal-Għassa Paul Coppini qed imexxi inkjesta.