Għadd ta’ timijiet barranin tal-futbol iżuru Malta għat-taħriġ

Matul l-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena, se jkunu qed jaslu Malta diversi timijiet fuq kamp ta’ taħriġ.
Filfatt, iktar kmieni llum wasal l-ewwel klabb barrani; Fortuna Dusseldorf 1895 FC tal-Ġermanja waqt li nhar il-Ġimgħa, jaslu f’pajjiżna Universal Craiova FC tar-Rumanija.
Dawn iż-żewġ timijiet mistennija jilagħbu kontra xulxin f'partita ta' ħbiberija nhar is-Sibt li ġej, waqt li l-Ġermaniżi se jkollhom partita ta' ħbiberija oħra, kontra t-tim ta' Hibernians nhar it-Tlieta.
Dawn huma l-ewwel żewġ timijiet minn sensiela li għażlu li jiġu Malta għat-taħriġ bis-saħħa ta’ Malta Football Camps Ltd u l-Malta Football Association.
Fost timijiet oħra li se jkunu qed iżuru Malta fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin, insibu lil St Gallen tal-Iżvizzera, Wolfsberger FC tal-Awstrija, Staebek FC u Aalesunds FC tan-Norveġja, u żewġ timijiet oħra mir-Russja u mill-Polonja, li isimhom għadu ma ġiex żvelat.      
It-taħriġ ta’ dawn il-klabbs se jsir fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali, fil-Hibernians Stadium f’Kordin, u fit-training grounds tal-MFA.

Ritratt: MFA