Għadd ta’ proposti minn Chris Said

Il-kandidat għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista Chris Said nieda għadd ta’ proposti.
Fuq Facebook, Dr Said elenka wħud minnhom fosthom il-prijorità għat-tfal.
Huwa stqarr li bħala kap tal-PN se jaħtar rappreżentant speċjali dwar id-drittijiet tat-tfal u jorganizza konferenza nazzjonali għall-ġenituri.
Proposta oħra hija dwar l-introduzzjoni tal-istreet leaders, biex fi kliemu ma terġax tikber id-distanza bejn in-nies u l-PN.
It-tielet proposta tiegħu hija biex jifli bir-reqqa l-bidliet soċjali ta’ Malta ħalli l-politika tal-PN tirrifletti l-ħtiġijiet tas-soċjetà.