Aġġornata (2): 2 l-isptar wara argument f’Birkirkara

Żewġ persuni ddaħħlu l-isptar bi ġrieħi ħfief wara li kellhom argument f’Birkirkara.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li l-argument seħħ bejn żewġ persuni għall-ħabta tas-1.30 pm fi Triq Tumas Galea. Il-Pulizija qed iżżomm persuna b’rabta mal-każ. Il-Kelliem qal li l-persuni involuti fl-inċident huma żagħżugħ ta’ 22 sena minn Birkirkara u raġel ta’ 34 sena minn San Ġiljan.

Is-sit tat-TVM qed jirrapporta li ġew sparati żewġ tiri ta’ twissija mill-Pulizija. Il-Pulizija ma setgħetx tikkonferma dan id-dettal sal-ħin tal-pubblikazzjoni tal-artiklu.