Għadd ta’ lokalitajiet iqumu b’theżżiża

Dalgħodu, numru imdaqqas ta’ Maltin bdew il-ġurnata tagħhom b’theżżiża hekk kif il-pajjiż intlaqat minn theżżiż ta’ terrimot kmieni filgħodu, għal ħabta tas-6am.
Hu mifhum li t-theżżiża inħasset minn bosta lokalitajiet fosthom Ħal Balzan, Ħaż-Żabbar, Birkirkara u l-Imsida.
L-epiċentru tat-terremot kien fin-nofsinhar tal-Ġreċja b’qawwa ta’ 5.6.