Għadd ta’ immigranti jaħarbu miċ-ċentru ta’ Ħal Safi

Miguela Xuereb

Għadd ta’ immigranti ħarbu miċ-ċentru ta’ detenzjoni ta’ Ħal Safi.

Kelliema għall-Pulizija kkonfermat l-aħbar ma’ Newsbook.com.mt. Madanakollu l-Pulizija ma kinitx taf xħin ġara l-inċident jew kemm ħarbu immigranti sal-ħin tal-pubblikazzjoni tal-artiklu.

Kelliema għall-Ministeru għall-Intern qalet lil Newsbook.com.mt li ma kellhiex aktar informazzjoni dwar il-każ sal-ħin tal-pubblikazzjoni tal-artiklu.