Għadd ta’ għaqdiet sportivi bbenifikaw minn għotjiet ta’ assistenza finanzjarja

Għadd ta’ għaqdiet sportivi bbenifikaw minn għotjiet ta’ assistenza finanzjarja.

L-għaqdiet li bbenefikaw mill-għotjiet huma l-Federazzjoni Maltija tal-Kendo, l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi, l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Weightlifting, il-Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi, il-Klabb tal-Ġinnastika GymStars, il-Klabb Alleat Malti tal-Entużjasti tal-Ixkubetti tal-Arja Kkumpressata, u ċ-ċampjin tat-tlielaq tal-muturi, Simon Giordimaina.

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, iż-żgħażagħ u l-isport, Dr. Stefan Buontempo, qabel it-tqassim ta’ l-għotjiet ħeġġeġ lill-għaqdiet sportivi jkunu aktar kreattivi u innovattivi sabiex isiru aktar effiċjenti u jħajru aktar nies jgħixu ħajja attiva.  Huwa stedinhom biex ikomplu  jkunu sieħeb ewlieni tal-Gvern fil-ġlieda tiegħu kontra l-obeżità u l-mard li ġġib magħha.

Ritratt : DOI  Clodagh Farrugia O'Neil