Għadd ta’ arresti fis-Slovakkja li ssemmew mill-ġurnalist assassinat

Ġew arrestati numru ta' persuni li kienu ssemmew mill-ġurnalist assassinat Jan Kuciak.
Skont l-AFP, il-Pulizija tal-Islovakkja arrestat numru ta’ negozjanti Taljani li kienu ssemmew mill-ġurnalist b’rabta mal-Mafja. L-aġenzija tal-midja AP qalet li għandhom jiġu arrestati madwar 10 persuni. Is-sit Corriere Della Seta qed jirrapporta li ġew arrestati 3 Taljani s’issa.
Il-Kummissarju tal-Pulizija tal-Islovakkja Tibor Gaspar qal li kienu qed isiru numru ta’ rejds u arresti. Qal li dawk arrestati ssemmew mill-ġurnalist assassinat Jan Kuciak kellhom b’konnessjoni mal-Italja.
Il-midja tal-Islovakkja qed tirrapporta li fost dawk arrestati hemm negozjant li Kuciak kien allega li għandu konnessjoni mal-Mafja ‘Ndrangheta kif ukoll kuntatti mal-Gvern Slovakk.
Ilbieraħ saret protesta fil-Kapitali Bratislava li attirat madwar elf persuna.
Il-ġurnalist Slovakk nqatel flimkien mat-tfajla tiegħu. Probabbilment inqatel minħabba x-xogħol investigattiv tiegħu.