Għadd ta’ ajruporti jitniżżlu fil-lista oranġjo

Read in English.

Fi stqarrija, il-Ministeru għas-Saħħa qal li għadd ta’ ajruporti ġew imdaħħla fil-lista oranġjo. Dawk kollha li jkunu ġejjin mill-ajruporti msemmija f’din il-lista, mal-wasla tagħhom f’Malta jridu jippreżentaw ċertifikat ta’ riżultat negattiv tal-Covid-19.

Il-Gvern fi stqarrija qal li minn nofsilejl ser tiġi riveduta l-lista ta’ dawn il-pajjiżi. Dan ħa jkun ifisser li mill-Ġimgħa 23 t’ Ottubru, 2020 kull min jasal f’Malta mill-pajjiżi msemmija jridu jissottomettu ċertifikat.

Dan iċ-ċertifikat irid juri riżultat negattiv tal-Covid-19 Polymerase Chain Reaction test. Dan it-test irrid ikun sar sa mhux aktar minn 72 siegħa qabel dak li jkun, ikun qabad il-vjaġġ lejn pajjiżna.

Kull min ma jurix dan iċ-ċertifikat jista’ jew isirlu swab test ġewwa l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta jew inkella jistgħu wkoll jintalbu li joqogħdu fi kwarantina.

Lista riveduta ta’ pajjiżi:

  • L-Awstrija
  • Il-Belġju (l-ajruporti kollha)
  • Il-Bulgarija
  • Franza (l-ajruporti kollha ta’ Pariġi u ta’ Marsilja)
  • L-Irlanda
  • L-Olanda (l-ajruporti kollha)
  • Il-Polonja (Gdansk u Krakow)
  • Il-Portugall (Porto)
  • Ir-Renju Unit (Belfast, Cardiff, Leeds, Liverpool, Manchester, Newcastle)
  • Ir-Repubblika Ċeka
  • Spanja (l-ajruporti ta’ Madrid, ta’ Barċellona u ta’ Girona)
  • L-Iżvizerra
  • It-Tuneżija
  • L-Ungerija

: