Għada veru ġejja x-xita?

Jekk kont bi ħsiebek tmur sal-baħar għada erġa’ aħsibha jew aħsiblu għall-umbrella hekk kif hemm 60% ċans li tagħmel ix-xita.

Dan ħareġ mis-sit firstmalta.com li spjegaw li x-xita se tiġi kkawżata minħabba l-kuntrast li se joħolqu t-temperaturi fuq il-Mediterran bejn arja kiesħa u temperaturi għoljin ħafna lejn il-Punent.

Minħabba f’hekk se jinħolqu diversi maltempati bir-ragħad bejn it-Tuneżija u Sqallija b’xi wħud jersqu viċin il-Gżejjer Maltin.

Minkejja dan l-ammont ta’ xita fuq il-Gżejjer Maltin mhux mistenni jkun għoli.