​Għada Triq it-Tiġrija fir-Rabat se tingħalaq għat-tiġrija

Għal kważi seba' sigħat għada s-Sibt Triq it-Tiġrija fir-Rabat, qrib it-Telgħa tas-Saqqajja se tkun magħluqa għat-traffiku minħabba t-tiġrijiet taż-żwiemel.
It-triq se tkun magħluqa bejn nofsinhar u s-6.30 pm.
Il-Kunsill Lokali tar-Rabat ikkonferma ma’ Newsbook.com.mt li l-permess għal dawn it-tiġrijiet ħareġ min-naħa tal-Kunsill.
Fil-15 ta' Marzu li għadda, traffiku kbir inġema' wara li l-bypass tal-Imrieħel ingħalqet għal sitt sigħat sħaħ biex ikun jistgħu jsiru t-tiġrijiet taż-żwiemel.

Ritratt: Arkivji