Il-Ħamis tkompli l-votazzjoni għal Kap tal-PN

Il-Partit Nazzjonalista għada se jkompli bl-elezzjoni fost it-tesserati biex jeleġġu Kap tal-Partit. Il-votazzjoni qed issir fl-uffiċċju tal-Fondazzjoni AŻAD fil-Belt Valletta, fid-Dar Ċentrali tal-PN fil-Pietà u f’għadd ta’ każini tal-PN f’Malta u f’Għawdex.

Illum, il-votazzjoni kompliet biss fid-Dar Ċentrali fejn setgħu jivvutaw dawk kollha li kellhom bżonn għajnuna ta’ mobbiltà. Fi stqarrija, il-Kummissjoni Elettorali tal-PN qalet li tul il-ġurnata vvutaw 3% tal-votanti biex b’hekk it-total ta’ votanti li vvutaw il-Ġimgħa, is-Sibt u llum huwa ta’ 51%.

Il-bqija tal-votanti jistgħu jivvutaw għada, il-ġimgħa u s-Sibt meta dakinhar isir ukoll l-għadd tal-voti u jitħabbar ir-riżultat uffiċjali.

Ilbieraħ sar id-dibattitu bejn Adrian Delia u Bernard Grech
Filmat: Delia u Grech jiddibattu; il-votazzjoni tal-PN tintemm is-Sibt