Għada tingħata l-aħħar tislima lil Christa

Għada waranofsinhar se tingħata l-aħħar tislima lil Christa Formosa, it-tfajla ta’ 23 sena, li tilfet ħajjitha f’inċident tat-traffiku f’Burmarrad.
Il-funeral se jsir fil-Knisja Parrokkjali tal-Mellieħa fit-3.30pm. 
Il-familja u l-ħbieb ta’ Christa qed jappellaw biex għall-funeral ma jintlibisx iswed.
L-inċident seħħ is-Sibt li għadda, bit-tfajla tmut ftit tas-sigħat wara fit-Taqsima tal-Kura Intensiva fl-Isptar Mater Dei.
Il-mezzi soċjali mtlew bi kliem ta’ tifħir dwar Christa, kif ukoll oħrajn ta’ kuraġġ għal dawk qrib tagħha.