Read in English.
Għada se tiftaħ skema għall-fidi taċ-ċnus temporanji u kirjiet fuq proprjetajiet residenzjali.
Dan tħabbar mill-Ministru għall-Proġetti Kapitali Ian Borg u mis-Segretarju Parlamentari għas-Suq tal-Proprjetà Chris Agius.
L-iskema se tkun qed tiġi amministrata mill-Uffiċċju Konġunt u mill-Awtorità tal-Artijiet.
Borg qal li eluf ta’ familji u individwi se jibbenefikaw mill-iskema.
Għal-linji gwida u l-applikazzjoni, il-pubbliku huwa mitlub jidħol hawn.