Għada t-Tnejn tibda l-iskeda ta’ TVM

F'Ġieħ L-Imħabba. Ritratt: Ivan Borg

Għada t-Tnejn 30 ta’ Settembru, TVM se jkun qed iniedi l-iskeda tal-ħarifa. Għadd ta’ programmi ġodda, oħrajn li jkunu qed jirritornaw, kif ukoll l-aktar ġeneru segwit, id-drama kif ukoll soap opera ġdida fil-ħin ta’ wara nofsinhar.

Mit-Tnejn sal-Ġimgħa

Fis-7am, staġun ġdid tal-programm informattiv TVAM.

Sa Nofsinhar hu programm ġdid li se jkun qed jitwassal matul il-ġimgħa bejn l-10 u nofsinhar. Programm immirat lejn udjenza anzjana biex iħeġġiġhom ikunu attivi u parteċipi f’dak li jkun qed iseħħ madwarna. Il-programm għandu preżentazzjoni ta’ Matilde Balzan kull nhar ta’ Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa, filwaqt li t-Tlieta tippreżenta Marika Caruana Smith u l-Ħamis tmexxi Moira Delia.

Minn din l-iskeda, Niskata jimxi għall-ħin ta’ wara nofsinhar. Angela Agius tkompli tippreżenta dan il-programm li se jinkludi bosta rkejjen popolari kif ukoll oħrajn ġodda, fosthom dik li qed tissemma’ Spotlight.

Fit-3pm tibda Sorelle, drama ġdida dwar id-destin ta’ ħames aħwa.

Fil-4.45pm Stephanie Spiteri tippreżenta  staġun ġdid ta’ Illum ma’ Steph b’għadd ta’ rkejjen informattivi.

Fit-7.40pm Luke Dalli, Ronald Briffa u Amber Bondin se jwasslu programm ġdid ta’ satira bl-isem ta’ Il-Kumitat.

Fi tmiem il-ġimgħa

Is-Sibt Ryan Borg ikompli b’edizzjoni ġdida ta’ Sibtek fis-12.45 filwaqt li fis-7pm ikun imiss edizzjoni ġdida ta’ Animal Diaries flimkien ma’ Moira Delia.

Il-Ħadd f’12.15pm Angie Laus tippreżenta staġun ġdid ta’ Ħadd Għalik u fit-3pm, programm ġdid bl-isem ta’ Ċappas. Dan huwa programm divertenti, kreattiv u kkulurit fejn nesploraw l-arti u l-forom varji tagħha bis-sehem tal-artist Xandru Mallia u l-attur Mario Cassar

Prime Time: Kuljum

It-Tnejn fid-9pm, l-ewwel puntata tad-drama F’Ġieħ l-Imħabba ta’ Rewind b’kitba ta’ Evelyn Saliba La Rosa u Michael Vella Haber.

Fl-10.05pm il-programm Realtà flimkien ma’ Brian Hansford.

It-Tlieta jibda t-tieni staġun ta’ L-Għarusa fejn niskopru kif se tkompli l-istorja ta’ Bettina u Diego, u finalment anki min qatel lil Bettina Gauci Fontana.

Fl-10.05pm staġun ġdid ta’ Venere, li huwa ambjentat fid-dinja tal-moda.

L-Erbgħa fid-9pm Dissett immexxi minn Reno Bugeja.

Fl-10.05 Tertuqa 35, bl-aħħar aħbarijiet mid-dinja tal-films.

Il-Ħamis fid-9pm Saviour Balzan bil-programm Xtra, filwaqt li fl-10.05pm X’Sar Minnhom? b’intervisti ma’ preżentaturi, awturi u artisti b’enfasi dwar kif qed iqattgħu ħajjtihom bħalissa.

Il-Ġimgħa jibda staġun ġdid ta’ Xarabank fejn jiġi diskussi suġġett u stejjer ta’ kull tip.

Is-Sibt 5 ta’ Ottubru se titwassal xandira diretta ta’ Notte Bianca.

Il-Ħadd 6 ta’ Ottubru jibda t-tieni staġun ta’ X Factor Malta fil-ħin tad-9pm.