L-iskeda tal-istazzjon One tibda minn għada t-Tnejn 30 ta’ Settembru u se nkunu qed insegwu 36 programm differenti matul dawn il-ġranet.
L-istazzjon se jkompli għaddej bid-drama ta’ suċċess Division 7 nhar ta’ Erbgħa fid-9pm. X’se jkun id-destin ta’ Julia? Washak se jirnexxielu jwettaq il-pjan tiegħu? Samira se ssalva wara li fl-aħħar puntata ntilfet minn sensiha?
Elf Metodu hija serje ġdida maħsuba minn Mark Doneo b’kitba ta’ Simon Bartolo u li se tkun qed tixxandar mill-Ħadd 6 ta’ Ottubru fid-9.15pm
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa
Kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa bosta programm ta’ interess.
Wayne Sammut u Elaine Degiorgio se jwasslu One Breakfast fis-6.45am filwaqt li fid-09.30 ikun imiss lil Wayne Aquilina bil-programm Espresso fejn ma jonqsux l-irkejjen ta’ informazzjoni. Dan l-istaġun se jerġa jkollu s-sehem tal-karattru popolari Agnes Pandolfino.
Agnes Pandolfino lura waqt Espresso
Għal sena oħra Alfred Zammit iwassal il-programm ferm popolari tiegħu Kalamita fil-ħin ta’ nofsinhar.
Programm ieħor ta’ suċċess huwa Pjazza ma’ Karl Stagno Navarra fil-ħin ta’ 6.30pm.
Owen Bonnici jkompli bil-programm popolari Prime Time fit-8.15pm.
Prime Time
Fil-ħin ta’ filgħaxija mhux se jonqsu l-programmi varjati.
It-Tnejn fid-9 jibda staġun ġdid tar-reality show HazZzard fejn tmien parteċipanti jmorru għal avventura f’destinazzjoni li niskopru proprju għada.
It-Tlieta Clare Agius se twassal edizzjoni oħra tal-programm dwar l-avjazzjoni Airborne, segwit fid-9pm minn Stat ta’ Fatt.
L-Erbgħa SharpShoot Media jwasslu sensiela ġdida bl-isem ta’ Moda: L-Istorja, sensiela ta’ dokumentarji dwar l-istorja tal-ilbies mis-seklu 18 sal-bidu tas-seklu 20 f’Malta.
Moda: L-Istorja, ġdid fuq ONE
L-Erbgħa wkoll, fil-ħin tad-9pm jibdew il-puntati l-ġodda tas-sensiela Division 7.
Il-Ħamis Clare Agius, Pauline Agius u Claire Agius Ordway, bi staġun ġdid ta’ Ilsien in-Nisa mit-8.30pm ‘il quddiem.
Il-Ġimgħa il-programm satiriku Min Imissu? jiddebutta fuq dan l-istazzjon fil-ħin tat-8.30pm.
Mis-Sibt 12 ta’ Ottubru Joseph Chetcuti b’edizzjoni ġdida tal-programm Araniissa fejn is-sorpriżi u l-emozzjonijiet ma jonqsux.