Għada t-temp jaf jaffettwa s-servizz tal-Gozo Channel

Għada s-servizz tal-Gozo Channel jista’ jiġi affetwat minħabba t-temp, skont il-kumpanija.

Fuq Facebook, Gozo Channel Operations Limited qalet li minħabba l-maltemp imbassar għal għada, jista’ jkun li l-iskeda normali tal-vapuri tiġi affettwata.

L-Uffiċċju Meteoroloġiku tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta bassar li t-temp għal għada se jkun “imsaħħab u b’ħalbiet tax-xita”. Ir-riħ mistenni jkun qawwi mill-Punent Majjistru li jsir qawwi ħafna għal forza ta’ riefnu u jdur mill-Majjistral filgħaxija.