Għada se tispara ‘l fuq it-temperatura

Għada u nhar il-Ġimgħa t-temperatura se tispara ’l fuq u se tinħass 42C.
Skont Firsmalta dan se jseħħ minħabba li l-livelli ta’ umdità u minħabba r-riħ li se jkun mill-Punent Forza 2 għal 3 li jsir Punent Majjistru Forza 3 għal 4. Dan se jwassal biex inħossu aktar sħana.
Mal-lejl it-temperatura mistennija tinżel 25C.
Nhar il-ġimgħa l-ogħla temperatura se tkun 37C iżda se tinħass 42C. Ir-riħ se jkun Punent Majjistru li jsir varjabbli Forza 2 għal 3.
Għaldaqstant wieħed għadu jevita kemm jista’ li joħroġ bejn il-11 u l-4pm u jixrob ħafna ilma. Jekk se toħroġ ħu ħsieb li tilbes ilbies ħafif u tidlek il-krema kontra r-raġġi tax-xemx b’mod frekwenti.