Għada se tinfetaħ Triq Tas-Sliema

Triq Tas-Sliema fil-Gżira se tinfetaħ minn għada miż-żewġ direzzjonijiet.
Fi stqarrija Transport Malta qalet li minn għada l-vetturi se jkunu jistgħu jgħaddu għal Triq Mikiel Anton Vassalli. Dan wara li tlesta parti mix-xogħol tal-proġett tal-Kappara fuq in-naħa ta’ din it-triq.
Żiedet tgħid li se tibda tibni wkoll parti minn Triq Mikiel Anton Vassalli u għalhekk għal ftit metri, it-traffiku minn Triq Reggie Miller li jkun sejjer lejn l-islip road għan-naħa t’isfel ta’ Malta se jimxi fuq korsija waħda.
Temmet tgħid li vetturi li ġejjin minn Triq Reġjonali jew minn Reggie Miller ma jistgħux jibqgħu jaqsmu għal San Ġwann u jridu jduru fil-junction tal-iskate park jew jużaw rotot alternattivi.